Sunday, November 24, 2024

Anzjana tmut wara li sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 71 sena residenti ż-Żejtun tilfet ħajjitha wara li għall-ħabta tas-1.00pm sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar. Persuni li kienu fil-qrib assistew lill-mara u tellawa l-art.

Il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fil-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 71 sena residenti ż-ŻejtunMembri tas-Soċjeta tas-Salib l-Aħmar flimkien ma’ tim mediku taw l-assistenza minnufih u ttieħdet l-Isptar Mater Dei. Sfortunatament, il-mara kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport