Monday, May 13, 2024

Michal Probierz kowċ tal-Polonja

Aqra wkoll

Il-president tal-Federazzjoni tal-Futbol Pollakka Cezary Kulesza ħabbar li ħatru kowċ ġdid hekk kif Michal Probierz inħatar bħala s-suċċessur ta’ Fernando Santos li tneħħa mill-kariga wara riżultati xejn sbieħ fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għal Euro 2024. Fil-fatt, il-Pollakki jinsabu r-raba’ fil-grupp u l-aħħar telfa kontra l-Albanija ġiegħlet lil Kulesza sabiex jiċċaqlaq u jevita d-diżastru.

Probierz għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-futbol Pollakk hekk kif mexxa lil Wisla Krakow u KS Krakow u issa se jkun qed imexxi lit-tim nazzjonali ta’ pajjiżu.

Sport