Monday, May 13, 2024

Jintlaħaq ftehim bejn il-plejers Spanjoli u l-Federazzjoni tal-futbol

Aqra wkoll

Il-maġġoranza tal-plejers li sejħet il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali femminili ta’ Spanja Montse Tome aċċettaw li jilagħbu għal pajjiżhom fil-partiti mill-UEFA Women’s Nations League kontra Svizzera u Svezja.

Kienu biss żewġ plejers li ma ssemmewx isimhom li ma laqgħux is-sejħa ta’ Tome minħabba li għadhom urtati dwar dak li seħħ fil-federazzjoni tal-futbol tal-pajjiż.

Kien hemm saħansitra intervent tal-gvern Spanjol sabiex il-partijiet irrikonċiljaw u b’hekk Tome se jkollha skwadra b’saħħitha li ħmistax minnhom rebħu t-tazza tad-dinja ftit tal-ġimgħat ilu.

Sport