Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:30 a.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Mons. De Piro, il-Ħamrun.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 89 sena u residenti Santa Venera, intlaqtet minn Toyota Cami, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 58 sena residenti l-Ħamrun.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-anzjana sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għall- kura meħtieġa permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.