Wednesday, April 24, 2024

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn vettura fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Anzjana sofriet ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7:00 kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 82 sena kienet intlaqtet minn vettura tal-għamla Jeep Wrangler misjuqa minn mara ta’ 39 sena. Iż-żewġ persuni jirrisjedu l-Ħamrun.

L-anzjana ngħatat l-ewwel assistenza minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm ittieħdet lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport