Anzjani li sfaw vittma ta’ reat irċevew sorpriża sabiħa mill-Pulizija wara li lbieraħ irċevew żjara minn uffiċjali fi ħdan il-Victim Support Unit li ppreżentawlhom rigal għall-Milied.
Din l-inizjattiva sabiħa tħabbret mill-Korp tal-Pulizija fuq il-paġna uffiċjali tal-Korp fuq Facebook.