Saturday, May 18, 2024

Tispikka s-solidarjetà tal-poplu Malti… għadd kbir ta’ rigali għal tfal fil-bżonn mas-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja

Aqra wkoll

Numru kbir ta’ rigali tpoġġew taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja, liema rigali se jkunu qed jingħataw lil tfal fil-bżonn. Dan sar bħala parti mill-inizjattiva Rigal b’Imħabba li bdiet minn bint il-Prim Ministru Giorgia Mae u mart il-Prim Ministru Lydia Abela ftit tal-jiem ilu.

Dr Lydia Abela kienet ikkummentat li din is-sena hija waħda partikolari mhux biss għall-adulti imma wkoll għat-tfal. Hija qalet li Giorgia kienet kellmitha u staqsietha jekk kienx ġej Santa Klaws din is-sena.

“Meta tkellimni Giorgia, għalija leħen Giorgia huwa leħen it-tfal. Kif taħseb hi nemmen illi jaħsbu t-tfal kollha. Xtaqt inserrħilha rasha li dan se jkun Milied bħal Milied oħra u lit-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex.

“Fil-fatt ittella’ filmat organizzat mill-Gvern ta’ Malta fejn għedna li iva dan il-Milied dan se jkun Milied bħas-soltu, li Santa Klaws ġej ukoll u li se jferraħ lit-tfal kollha. Din l-inizjattiva żviluppat wara dan il-ħsieb,” qalet mart il-Prim Ministru.

“Għaliex jekk qed ngħidu li Santa Klaws ġej għat-tfal kollha, jista’ jagħti l-każ li hemm xi tfal li mhumiex se jirċievu rigal u għalihom allura Santa Klaws mhux ġej. Xtaqt li nagħmlu din l-inizjattiva, proġett nazzjonali, fejn kulħadd jista’ jipparteċipa u meta jmur jixtri rigal għall-maħbubin tiegħu, jaħseb ukoll f’ħaddieħor. Jixtri rigal għal dawk it-tfal li għandhom bżonn u li mhux se jkunu qed jirċievu rigal mingħand il-ġenituri tagħhom.”

Sport