Thursday, July 17, 2025

Anzјana bi ġrieħi gravi wara li tilfet il-kontroll u ħabtet f’arblu fl-Imqabba

Aqra wkoll

Mara ta’ 70 sena residenti Ħal Kirkop qed issofri minn ġrieħi gravi.

Dan wara li għall-ħabta tal-5:00 p.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq L-Imqabba, l-Imqabba. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-karozza Kia Picanto li kienet qed issuq u ħabtet ġo arblu. 

Tim mediku assista lill-mara u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport