Sunday, December 22, 2024

Aperol jilqa’ lil Nate, Frank u Rossi b’Aperol Spritz f’Venezja

Aqra wkoll

Nate, Frank u Rossi, it-trio divertenti u magħruf ta’ Malta, żaru l-belt romantika ta’ Venezja biex igawdu l-esperjenza vera ta’ Aperol Terrazza fl-ambjent tradizzjonali Venezjana bħala parti mill-kampanja tas-sajf għal Malta. L-ambaxxaturi ta’ Aperol Spritz f’Malta żaru l-postijiet storiċi kollha tal-belt, esperjenzaw il-vibes oranġjo ġenwini tal-aperitivo Taljan tradizzjonali permezz ta’ firxa ta’ attivitajiet iggwidati.

Imwieled fl-1919 f’Padova, tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod minn Venezja, il-ferħ oranġjo li jġib miegħu Aperol infirex mad-dinja kollha, u kiber fil-wirt Taljan tal-aperitivo li kulħadd jaf illum. L-infużjoni perfetta ta’ ħxejjex u għeruq aromatiċi f’Aperol tirriżulta f’bilanċ sempliċi ta’ togħma vibranti, ħelwa u morra li tintgħoġob minn kulħadd. 

Għal darb’oħra, Nate, Frank u Rossi qed jingħaqdu ma’ Aperol Spritz Malta bħala ambaxxaturi għas-sajf. Huma qed jippromwovu x-xarba alkoħolika biex jikkumplimentaw li jqattgħu ħin ta’ kwalità mal-ħbieb, igawdu xi Cicchetti u esperjenzi kulinari mill-aqwa. Bħala parti mill-avventura Venezjana awtentika, Nate, Frank u Rossi żaru t-Terrazza Aperol biex jiltaqgħu ma’ din l-esperjenza unika ta’ Aperol fil-belt fejn twieldet ix-xarba. 

“Mfassla wara bar Venezjana tradizzjonali, jew bacaro, Terrazza Aperol laqgħuna b’sensazzjoni kosmopolitana ġenwina. Il-vitalità li tivvibra fl-ambjent soċjali ta’ ispirazzjoni hawnhekk hi akkumpanjata minn Aperol Spritz perfett. Naturalment, iċ-Cicchetti moqdija hawn huwa assolutament eċċezzjonali,” qal Frank Zammit.

Għal xarba daqshekk versatili u vibranti, ir-riċetta Aperol Spritz hi, fil-fatt, faċli daqs wieħed-tnejn-tlieta. “Biex tibda għandek bżonn biss tazza mimlija silġ. Imbagħad żid tliet partijiet ta’ Prosecco, żewġ partijiet ta’ Aperol, u ftit soda. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, żid l-ingredjent favorit tiegħi: fella tal-larinġ. Hekk toħloq l-Aperol Spritz perfett tkun fejn tkun,” qalet Valentina Rossi.

Aperol Spritz tmur lil hinn mill-fatt li tkun sempliċi xarba alkoħolika— imma fil-fatt titqies bħala ritwali. “Tazza Aperol Spritz tpoġġi l-pedamenti biex taqsam taħlita ta’ esperjenzi mal-aqwa ħbieb tiegħek f’atmosfera speċjali ta’ għaqda. Tkun fejn tkun, ir-ritwali marbut ma’ Aperol Spritz se jinvoka l-ispontanjetà tradizzjonali u sbuħija ta’ Venezja—il-karattru li lkoll inħobbu,” qal Nate Darmanin.

Bħas-snin ta’ qabel, Nate, Frank u Rossi se jieħdu sehem f’kampanja unika ta’ Aperol Spritz f’Malta matul is-sajf tal-2022. Se jkunu qed jidhru r-ritratti memorabbli ta’ din l-avventura madwar Malta u Għawdex, kemm fl-ispazju diġitali kif ukoll offline f’diversi postijiet.

Aperol huwa importat, kummerċjalizzat u mqassam minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons.

Ekonomija

Sport