Tuesday, May 14, 2024

Il-President tal-Kroazja jibda żjara statali f’Malta

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President tal-Kroazja Zoran Milanović jinsab Malta għal żjara statali ta’ jumejn. Dalgħodu, fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, saret iċ-ċerimonja uffiċjali ta’ merħba, fejn il-President Milanović kien milqugħ mill-President ta’ Malta George Vella u l-Prim Ministru Robert Abela.

Wara ċ-ċerimonja saru taħditiet uffiċjali bejn iż-żewġ Presidenti flimkien mad-delegazzjonijiet tagħhom fil-Palazz tal-President. Sussegwentement, il-President Milanović ffirma l-ktieb tal-viżitaturi u mbagħad flimkien mal-President Vella taw xi kummenti lill-ġurnalisti.

Kmieni waranofsinhar, il-President tar-Repubblika tal-Kroazja qiegħed kuruna tal-fjuri biswit il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana.

L-impenji tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja jkomplu aktar tard illum fejn se jkollu laqgħat mal-Kap tal-Oppożizzjoni, mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia u mal-Prim Ministru Robert Abela.

Sport