Friday, May 3, 2024

18-il persuna ddikjarati mejta fl-attakk li seħħ f’Kharkiv mir-rokits Russi 

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 18-il persuna ċivili tilfu ħajjithom wara li r-Russja sparat numru ta’ rokits li wħud laqtu blokka ta’ appartamenti f’Kharkiv (it-tieni l-ikbar belt Ukrena). Dan hekk kif il-militar Russu kompla jwettaq bumbardamenti fil-Lvant tal-pajjiż. 

L-uffiċjali Ukreni qalu li xi rokits laqtu binja residenzjali ta’ ħames sulari ġewwa Chasiv Yar u apparti li numru ta’ persuni tilfu ħajjithom, għexieren oħrajn spiċċaw maqbudin taħt it-tifrik. L-attakki bir-rokits huma parti mill-offensiva Russa biex taħtaf il-provinċja ta’ Donetsk, li hija żona industrijali importanti fir-reġjun tad-Donbas. Donetsk u Luhansk jifformaw ir-reġjun tad-Donbas, żona li iktar kmieni dan ix-xahar Moska kienet iddikjarat li rebħet.

Il-President Ukren Vlodymyr Zelenskiy qal li r-Russja wettqet madwar 34 attakk mill-ajru minn nhar is-Sibt sal-lum.

Moska dejjem ċaħdet li hija qiegħda tattakka lin-nies ċivili, iżda għadd ta’ bliet u villaġġi Ukrani tista’ tgħid li nqerdu totalment kawża ta’ bumbardamenti qalila min-naħa tar-Russi. Kawża ta’ dawn il-bumbardamenti, l-uniku post ta’ kenn li r-residenti għandhom huwa fix-xelters. 

Intant, l-Ukrajna qalet li qiegħda tippjana li torganizza “armata ta’ miljun suldat” –  mgħammra b’apparat tan-NATO – biex jieħdu n-Nofsinhar tal-pajjiż lura minn idejn l-okkupanti Russi. Dan qalu l-Ministru tad-Difiża tal-Ukrjana, Oleksii Reznikov.

Reznikov kompla jgħid li huwa kruċjali għall-ekonomija Ukrena li żoni madwar il-kosta tal-Baħar l-Iswed jer­ġgħu jittieħdu lura. Minkejja dan, analisti internazzjonali qalu li l-kummenti ta’ Reznikov huma iktar talba għall-għajnuna milli pjan konkret. 

F’intervista li kien qiegħed jagħti mal-ġurnal The Times, Reznikov qal li hemm bżonn li l-armamenti mwiegħda jitwasslu malajr kemm jista’ jkun hekk kif ma’ kull jum li jgħaddi mingħajr dawn l-armi, għadd ta’ suldati Ukreni qed jitilfu ħajjithom. 

Sport