Sunday, November 24, 2024

Appell fuq il-midja soċjali dwar qirda u diżastru f’Wied Ħesri fis-Siġġiewi…

Bżonn li nrażżnu l-kriminalità ambjentali

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-ambjent naturali huwa tagħna lkoll u r-responsabbiltà tal-ħarsien tiegħu hija ta’ kull wieħed u waħda minnha. Hija ħasra li ssir ħsara apposta jew inkella li jkun hemm żona li għandha bżonn ta’ attenzjoni u din l-attenzjoni ma tingħatax.

Post minnhom huwa Wied Ħesri fis-Siġġiewi li minn ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali, din iż-żona ta’ ambjent naturali, allegatament, sfat mira ta’ kriminalità ambjentali.

Deskritt bħala “diżastru f’Wied Ħesri” huwa allegat li nirien kbar ħallew ħsara kbira b’għexiren ta’ siġar u eluf ta’ pjanti maħruqa. Ingħad li dan mhuwiex inċident għax hemm mill-inqas ħames punti differenti minn fejn inbeda n-nar.

Filwaqt li sar rapport lill-Pulizija fir-rigward, ingħad ukoll li min qiegħed iqabbad in-nar qiegħed jagħmel dan f’iljieli differenti u quddiem dan, sar appell biex jieqaf dan id-diżastru ambjentali.
Ir-ritratt juru l-ħsara kbira li hemm f’dan il-post.

Sport