Wednesday, May 1, 2024

Appell għal sewqan bil-galbu fi Triq tal-Għadira

Aqra wkoll

Hekk kif ir-riħ qiegħed jonfoħ b’mod qawwi fuq il-gżejjer Maltin, ammont ta’ ramel mill-bajja tal-Għadira spiċċa fit-triq bil-konsegwenza li jekk wieħed ma jsuqx bil-galbu jista’ jkun hemm periklu.

Din mhux l-ewwel darba li seħħet xi ħaġa simili l-aktar hekk kif ir-riħ ikun qed jonfoħ minn dik id-direzzjoni. Nifmhu li l-awtoritajiet kif għamlu dejjem se jkunu qegħdin jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex it-triq ma tkunx ta’ periklu.

Intant, din hija l-istess triq li fiha sar investiment qawwi però ta’ kuljum qed tispiċċa f’kontroversji kbar minħabba l-ammont kbir ta’ karozzi li qed ikun hemm fiha konsegwenza li saret linja waħda minn fejn jgħaddu l-vetturi.

Sport