Wednesday, July 24, 2024

Appell għall-għajnuna sabiex tifel Palestinjan jinġieb Malta minħabba ġrieħi f’saqajh

Aqra wkoll

L-attakki Iżraeljan fuq Gaża qed jolqot lill-diversi nies, fosthom tfal li qed jisfaw vittmi. Fost it-tfal li ndarbu, hemm tifel li ndarab f’saqajh u għalhekk jeħtieġ li jiġi ġewwa pajjiżna sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jagħtuh il-kura meħtieġa

It-tifel li jisimu Mohammad tilef lil ommu u lil missieru waqt attakk f’Gaża li laqat id-dar tagħhom. Konsegwenza tal-istess attakk, it-tifel weġġa’ serjament f’saqajh.

Hekk kif Mohammad għandu bżonn attenzjoni medika, l-Ambaxxata tal-Palestina f’Malta appellat għad-donazzjonijiet mill-pubbliku, sabiex Mohammad u zitu jkunu jinġiebu lejn Malta kemm jista’ jkun malajr.

Min jixtieq jgħin għal din il-kawża jista’ jibgħat id-donazzjoni tiegħu f’kont bankarju li qed jitmexxa mill-Ambaxxata għal dan l-għan:

Revolut +35699619998
Bov Mobile Pay 99922000

Ekonomija

Sport