Wednesday, July 24, 2024

Sas-2:00 p.m-Turnout ta’ 10% iktar mill-aħħar elezzjoni tal-2019

Aqra wkoll

Illum, il-votanti reġistrati fil-pajjiż qed jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw sas-2.00 p.m, fl-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew li qed issir illum, is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, 2024, kien ta’ 42.59%

Dan it-turnout hija aktar minn 10% iktar mill-aħħar elezzjoni tal-2019, hekk kif fl-2019, it-turnout kienet ta’ 32%

Intqal ukoll, li sal-istess ħin, 41.13% tal-votanti vvutaw għall-Kunsilli Lokali. Din il-figura tinkludi l-voti mitfugħa fil-ġranet l-oħra tal-votazzjoni jiġifieri fl-1, 4 u 6 ta’ Ġunju, 2024.

Ekonomija

Sport