Wednesday, July 24, 2024

Il-Ġappun jilħaq rekord ta’ fertilità baxxa

Aqra wkoll

Ir-rata tal-fertilità tal-Ġappun, li rat tnaqqis qawwi għal ħafna snin, laħqet rekord ieħor baxx minkejja li l-Gvern iżid l-isforzi biex iħeġġeġ liż-żgħażagħ jiżżewġu u jibdew familji. Saħansitra l-Gvern nieda wkoll app apposta għad-dating.

Minn popolazzjoni ta’ 123.9 miljun ruħ, is-sena li għaddiiet ġew irreġistrati mas- 727,277 twelid. Dan ħareġ minn dejta maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa, ix-Xogħol u l-Benessri nhar il-Ġimgħa.

Fl-2023, il-pajjiż irreġistra 1.57 miljun mewt, skont il-Ministeru tas-Saħħa. Dan ifisser li r-rata ta’ imwiet huwa aktar mid-doppju tan-numru ta ‘twelid.

Ekonomija

Sport