Thursday, March 5, 2026

Appell lil Maltin u l-Għawdxin sabiex jinġabru l-flus għal funeral tat-tarbija ta’ 11 -il xahar

Aqra wkoll

Sophie u żewġha Aleks dan l-aħħar tilfu lil binthom sabiħa, Lorena. Lorena kellha biss 11-il xahar. Tifla żgħira ferħana u titbissem li kienet tassew id-dinja tagħhom u tant maħbuba minn kulħadd ta’ madwarha. Traġikament, Lorena mietet waqt li kienet rieqda, u ħalliet lil ġenituri tagħha Sophie u Aleks b’qalbhom maqsuma għalkollox.

Dan kien il-messaġġ li wasslet Lucy, ħabiba tal-familja fejn spjegat li l-ġenituri Sophie u Aleks urew ix-xewqa sabiex iġibu lil Lorena lura l-Ingilterra sabiex tkun tista’ tingħata l-aħħar tislima mdawwrha ma’ tal-familja. Ingħad li dan il-proċess u l-arranġamenti tal-funeral jiġu bi spejjeż sinifikanti fi żmien diffiċli li jinsabu l-familja taċ-ċkejkna.

Dan il-ġbir ta’ fondi ġiet imwaqqfa biex tgħin tkopri l-ispejjeż biex Lorena tinġieb lura d-dar, l-ispejjeż tal-funeral u biex tipprovdi xi appoġġ bl-ispejjeż tal-għajxien matul ix-xhur li ġejjin sabiex Sophie u Aleks ikunu jistgħu jieħdu l-ħin li jeħtieġu biex iħossu l-luttu mingħajr il-pressjoni finanzjarja.

Kwalunkwe kontribuzzjoni, tkun kemm tkun żgħira, se tfisser ħafna għalihom. Jekk ma tistax tagħti donazzjoni, tista wkoll tixxerja dan il-messaġġ.

Tista’ taħgi donazzjoni fuq: https://www.gofundme.com/f/support-sophie-and-aleks-after-the-loss-of-baby-lorena?attribution_id=sl:a7b64bcf-79e7-4062-b749-374c42076c77&lang=en_GB&ts=1772707134&utm_campaign=fp_sharesheet&utm_content=amp20_t2&utm_medium=customer&utm_source=native_options

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport