Il-Malta FA ħabbret l-appointament internazzjonali nhar it-Tlieta, hekk kif
ir-referee tal-FIFA Philip Farrugia ġie maħtur biex imexxi l-partita tal-UEFA Champions League 1st Leg 1st Qualifying Round bejn FC Urartu tal-Armenja u t-tim mill-Bosnja, HŠK Zrinjski.
Il-partita hija skedata li tintlagħab fil-kapitali Armena Yerevan, bil-kick-off huwa skedat għall-5pm (ħin ta’ Malta).
Għal dan l-inkarigu, Philip se jkun assistit minn tim sħiħ ta’ uffiċjali tal-logħba lokali, jiġifieri Alan Camilleri u Luke Portelli bħala l-Assistenti Referees tiegħu, fejn Alex Johnson se jingħata l-inkarigu tar-raba’ uffiċjal.
Għal din il-partita bħal kull partita oħra tal-UEFA Champions League din il-ġimgħa u għalkemm f’dan l-istadju bikri tal-kompetizzjoni, se jitħaddem il-Video Assistant Referee, bl-uffiċjali tal-partita lokali tal-FIFA kollha mdorrijin sew b’dan il-kunċett ġdid wara taħriġ speċjalizzat li ngħatalhom fl-aħħar xhur, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ użu u teħid ta’ deċiżjonijiet korrett fil-partiti tal-futbol fejn tiġi applikata s-sistema tal-Video Assistant Referees (VAR).