HIBERNIANS………………….. 1
BIRŻEBBUĠA ST PETER’S….. 0
Hibernians irritornaw għar-rebħ wara sitt logħbiet mingħajr suċċess, meta għelbu lil Birżebbuġa St Peter’s bl-iskor minimu ta’ 1-0 f’konfront ikkaratterizzat minn diversi interventi tal-Football Video Support (FVS).
Hibernians ħolqu diversi okkażjonijiet fl-ewwel taqsima, iżda l-goalkeeper ta’ Birżebbuġa, Chiesa, kien attent biex ċaħħad lil Mouad El Fanis, Dexter Xuereb u Matthew Ellul milli jiftħu l-iskor. Min-naħa l-oħra, Birżebbuġa wieġbu permezz ta’ tentattivi minn Gabriel Costa Goncalves, Tokic u Jackson Mendoza.
Fil-55 minuta, Birżebbuġa ħasbu li ngħataw penalty wara kuntatt bejn Matteo Cardinali u Jackson Mendoza. Iżda wara intervent tal-FVS, ir-referee Daniel Portelli biddel id-deċiżjoni tiegħu, ħassar il-penalty u l-karta safra lil Cardinali, u wera karta safra lil Mendoza għal simulazzjoni.
Fid-64 minuta, Hibernians talbu l-intervent tal-FVS wara kuntatt fil-kaxxa bejn Zachary Scerri u Joseph Mbong. Wara verifika, Portelli pponta lejn il-11-il metru minkejja l-protesti ta’ Birżebbuġa … Mouad El Fanis ma żbaljax.
Fl-aħħar minuti, Birżebbuġa ppruvaw ifittxu l-goal tad-draw u talbu għal penalty wara azzjoni bejn Matteo Cardinali u lil Zachary Scerri.
Peró wara verifiki oħra tal-FVS, iż-żewġ talbiet ma ġewx milqugħa. B’hekk, Hibernians setgħu jiċċelebraw rebħa importanti li temmet is-sensiela negattiva tagħhom, filwaqt li Birżebbuġa ħarġu diżappuntati minn konfront fejn id-deċiżjonijiet tal-FVS kellhom rwol kruċjali.
Hibernians: Matteo Cardinali, Moritz Romling, Alfred Silas, Kurt Shaw, Joseph Mbong, Jamie Wahling (Jayden Roe 46), Dexter Xuereb (Lyon Abela 88), Matthew Ellul, Leandro Lacunza, Alex Sobczyk (Boris Druga 60), Mouad El Fanis (Khevin Fraga 72) – Coach: Tugberk Tanrivemis
Birzebbuga SP: Mattia Chiesa, Gustavo Felipe De Campos, Miguel Azzopardi, Zachary Cassar, Yuri Messias, Stipe Tokic (Elyas Grioli 85), Rasmus Pedersen (Pietro Tomaselli 85), Gabriel Costa Goncalves, Luis Carlos Riascos, Zachary Scerri, Jackson Mendoza (Kurt Bondin 76) – Coach: Luciano Santana
Referee: Daniel Portelli
assistenti: Kurt Saliba u Jareth Grima
Raba’ Uff.: Raiden Psaila
Skorers: M. El Fanis 68 pen (H)
Ammoniti: M. Cardinali, D. Xuereb, B. Dunga (H); M. Chiesa, Z. Cassar, G. Goncalves, J. Mendoza
Player tal-Logħba: Miguel Azzopardi (Birżebbuġa SP)




