Tuesday, May 14, 2024

Approvat vaċċin ġdid tal-Covid għall-użu fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Is-sitt vaċċin kontra l-Covid-19 li jista’ jkun aktar effettiv għal żmien itwal ingħata l-approvazzjoni għall-użu fir-Renju Unit minn uffiċjali tas-saħħa.

Il-vaċċin ‘Valneva’ ingħata l-approvazzjoni regolatorja mill-Aġenzija Regolatorja tal-Mediċini u l-Prodotti tal-Kura tas-Saħħa (MHRA).

Ir-Renju Unit huwa l-ewwel pajjiż fid-dinja li qed jawtorizza dan il-vaċċin.

Il-vaċċin ġie approvat biex jingħata lin-nies li għandhom minn 18 sa 50 sena, bl-ewwel u t-tieni doża għandhom jittieħdu mill-inqas 28 jum ‘il bogħod minn xulxin.

B’dan it-tip ta’ vaċċin, il-virus jitkabbar f’laboratorju u mbagħad isir kompletament inattiv sabiex ma jkunx jista’ jinfetta ċ-ċelloli jew jirreplika fil-ġisem iżda xorta jista’ jikkawża rispons immuni.

Dan il-proċess huwa diġà użat b’mod vast fil-produzzjoni ta’ vaċċini kontra l-influwenza u l-poljo.

Sport