Sunday, November 24, 2024

Appuntament internazzjonali għar-referee tal-FIFA, Matthew Degabriele

Aqra wkoll

Il-Malta Football Association ħabbret appointment internazzjonali ieħor għar-referees lokali tagħha hekk kif ir-referee tal-FIFA Matthew Degabriele ġie inkarigat biex jikkontrolla l-logħba tal-Kampjonati Ewropej tal-UEFA U21 fil-belt ta’ Drammen bejn in-Norveġja u l-Awstrija.

Il-logħba se ssir nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru fil-Marienlyst Stadium u hija skedata għas-6pm.

Għal din l-impenn internazzjonali u l-vjaġġ twil fil-pajjiż Skandinavu, Matthew se jingħaqad ma’ Jurgen Spiteri u Christopher Francalanza fir-rwol tagħhom ta’ Assistant Referees, filwaqt li Etienne Mnagion inħatar għal din il-partita bħala r-raba’ uffiċjal.

Filwaqt li twassal il-pjaċir għall-fatt li l-appointments internazzjonali għar-referees Maltin qegħdin jiżdiedu, il-Malta Football Association bagħtet l-isbaħ xewqat lil Matthew Degabriele u lit-team tiegħu fl-impenji tagħhom fin-Norveġja.

Sport