Sunday, November 24, 2024

ARA: Affarijiet personali ta’ Karmenu Mifsud Bonnici fost affarijiet esebiti fl-Open Day tal-PL

Aqra wkoll

Mijiet ta’ persuni żaru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn aktar kmieni llum ttellgħet l-open day tal-partit.

Matul il-ġurnata tal-lum, in-nies li attendew apparti li setgħu jaraw wirja interessanti ferm dwar l-istorja tal-Partit Laburista, setgħu wkoll jiltaqgħu mat-tmexxija tal-partit fosthom mal-Prim Ministru u mexxej tal-partit Robert Abela.

Fost l-affarijiet għal wiri kien hemm ukoll il-ġurnali l-Orizzont u t-Torċa li fihom matul is-snin ġew miktuba diversi avvenimenti tal-pajjiż fosthom rebħiet li għamel il-Partit Laburista. Wieħed seta’ jara wkoll ritratti antiki tal-Perit Mintoff u anke affarijiet personali ta’ persuni li isimhom se jibqa’ mnaqqax fl-istorja tal-partit, bħalma huwa l-mibki Karmenu Mifsud Bonnici.

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Partit Laburista nieda l-kampanja Renew fejn l-attiviti u persuni oħrajn li kienu qatt ma ngħaqdu mal-partit jinkitbu jew iġeddu t-tessera tagħhom.

Fil-fatt, fl-ewwel jumejn biss tal-kampanja RENEW, 1,236 persuna ġeddew is-sħubija tagħhom jew issieħbu għall-ewwel darba mal-Partit Laburista.

Sport