Tuesday, April 30, 2024

Puttinu jfakkar il-persuni li fiequ u li mietu bil-kanċer

Aqra wkoll

Illum qed jiġi mfakkar il-jum dinji li hu ddedikat għal aktar kuxjenza dwar il-kanċer.

Għaqda f’pajjiżna li taħdem lejl u nhar għal pazjenti morda bil-kanċer b’mod partikolari t-tfal hija Puttinu li tassisti mijiet kbar ta’ pazjenti fis-sena.

Fuq il-profil ta’ Facebook, Puttinu minbarra li fakkar li llum hu dan il-jum, qal li rridu niftakru f’dawk li fiequ u anke f’dawk l-għeżież li ħallewna minħabba l-kanċer.

“Inqajjmu kuxjenza ta’ kemm dawn il-pazjenti jbatu però l-familjari u l-mahbubin taghhom ibatu maghhom. Nissaportjawhom kuljum dawn il-familji għax is-sapport ifisser li ma jħossuhomx weħidhom,” inkiteb fuq il-profil ta’ facebook ta’ Puttinu.

Sport