Waqt wieħed mill-attakki bl-ajru tal-ajruplani Russi fin-naħa tal-Lvant tal-pajjiż, missila laqtet żona residenzjali.
Filmat miġbud minn waħda mid-djar li ħelsitha ħafif minn din il-missila, jidher dan l-attakk filwaqt li fl-isfond ta’ dan kollu jinstema tifel żgħir imwerwer li jinfaqa’ jibki.
Intant, ġew irrappurtati attakki u splużjonijiet tal-missili Russi qrib bliet ewlenin u mmirati lejn infrastruttura militari. Ir-Russja qalet li qerdet aktar minn 70 miri militari.
Il-militar Ukren jgħid li waqqa’ mill-inqas sitt ajruplani Russi iżda dan ma ġiex ikkonfermat.