Saturday, December 28, 2024

ARA: Aktarx li wieħed mill-persuni li nstabu mejta fl-isparatura tal-Ġermanja huwa l-aggressur stess

Aqra wkoll

Numru ta’ nies inqatlu fi sparatura li seħħet f’sala tal-laqgħa tal-Jehovah Witness fil-belt ta’ Hamburg fil-Ġermanja.

Il-Pulizija qalet li l-allegat aggressur aġixxa waħdu f’dan il-każ u huwa maħsub li hu mejjet. Għadu mhux ċar jekk dan il-persuna hux fost seba’ mwiet li ġew irrapputarti mill-midja Ġermaniża.

Il-Pulizija qalet ukoll li sa issa għad m’hemm l-ebda informazzjoni dwar il-motiv wara dan l-attakk. Fl-isparatura, li seħħet tard ilbieraħ filgħaxija fid-Distrett ta’ Gross Borsel, indarbu numru ta’ nies oħra.

Intqal li persuna nstabet mejta fuq ix-xena tad-delitt, li l-Pulizija temmen li seta’ kien l-istess persuna li fetaħ in-nar, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Il-kelliem għall-Pulizija Holger Vehren qal li l-Pulizija ġew imsejħa għall-ħabta tad-9.15 p.m. (ħin lokali) wara rapporti li kienu ġew sparati tiri fil-binja. Qal li l-pulizija kienet għadha ma identifikatx il-vittmi u li kompla l-istħarriġ fuq il-post.
“Dak li nafu s’issa huwa li mietu diversi persuni, oħrajn sfaw midruba u ttieħdu fl-isptarijiet,” qal Vehren.

Ekonomija

Sport