Apramorti li ċedew fil-pjazza tal-Għarb ikkawżat ħsarat estensivi fuq diversi vetturi li kienu pparkjati fl-istess triq.
Talk.mt jinsab infurmat li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar.

It-triq kellha tingħalaq temporanjament għat-traffiku sakemm jitneħħa l-periklu kkawżat mill-istess inċident.
