Thursday, April 18, 2024

Il-Gozo Channel tħabbar li l-vjaġġi jafu jieqfu jaħdmu minħabba l-maltemp

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Gozo Channel qiegħda twissi dwar il-possibbiltà ta’ dewmien fil-vjaġġi minħabba il-maltemp. Barra minn hekk hija ma eskludietx li bejn illum u għada jafu jitħassru xi vjaġġi jekk kemm-il darba t-temp jibqa’ jippersisti.

Dan hekk kif illum u għada r-riħ huwa mistenni li jibqa’ qawwi li jilħaq il-forza ta’ riefnu f’ċertu nħawi. L-Uffiċju Meterjoloġiku ta’ Malta qal li r-riħ mistenni jkun mill-Lvant għall-Grieg il-Lvant, jiġifieri qawwi ħafna u anke jlaħħaq il-forza 8 f’xi ħinijiet.

It-twissija ser tibqa valida sal- 10:00 p.m. Pero’ xorta hemm il-possibilità li din tiġġedded. Għada r-riħ mistenni jkun Forza 7 u se jitqawwa għal Forza 8.

Ekonomija

Sport