Tuesday, April 30, 2024

ARA: Ħalbiet tax-xita ma jiqfux … ikkawżati diversi ħsarat

Aqra wkoll

Il-pubbliku qiegħed ikun imħeġġeġ biex jevita li joħroġ mingħajr bżonn minħabba ħalbiet tax-xita kontinwi li qegħdin ikomplu jolqtu l-gżejjer Maltin.

Skont it-tbassir tat-temp dan it-temp mistenni jippersisti matul is-sigħat li ġejjin. Barra minn hekk mistenni wkoll li jitqawwa r-riħ sa anke Forza 7.

Intant ritratti meħudin minn diversi lokalitajiet juru diversi ħsarat ikkawżati mill-maltemp, żoni li fihom inġemgħa ammont ta’ ilmijiet u kif ukoll vetturi li spiċċaw weqfin kawża tal-ħsarat li ġarrbu.

Intant il-Pulizija fl-aħħar ħin wissiet rigward siġra li tqaċċtet u qiegħda tostakola triq l-Imqabba.

Sport