Sunday, December 22, 2024

ARA: Arrestati uffiċjali għolja wara l-irvellijiet fi Brasília

Aqra wkoll

L-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Brażil ordnaw l-arrest tal-ogħla uffiċjali pubbliċi wara l-irvellijiet li saru fi Brasília.

Rapporti fil-midja lokali qalu li l-Eks Kmandant tal-Pulizija Militari ġie arrestat. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qal li l-uffiċjali jinkludu wkoll lill-Eks Kap tas-Sigurtà Pubblika ta’ Brasília, Anderson Torres, u oħrajn “responsabbli għal atti u omissjonijiet” li wasslu għall-irvellijiet. Torres ċaħad kwalunkwe rwol fl-irvellijiet.

Il-Kmandant tal-Pulizija, il-Kurunell Fábio Augusto, tkeċċa mir-rwol tiegħu wara li partitarji tal-Eks President, Jair Bolsonaro, daħlu fil-Kungress, il-Palazz Presidenzjali u l-Qorti Suprema.

Minn madwar 1,500 persuna arrestati u miġjuba fl-akkademja tal-Pulizija wara l-irvellijiet, uffiċjali qalu li 600 ittieħdu f’faċilitajiet oħra, fejn uffiċjali tal-Pulizija għandhom ħamest ijiem sabiex jakkużawhom formalment.

Aqra aktar hawn.

Ekonomija

Sport