Friday, April 19, 2024

Blackball – Gary Carr jirbaħ lil Claudio Cassar u jintgħażel mat-tim nazzjonali Malti

Aqra wkoll

Il-plejer tal-Blackball Gary Carr irnexxielu jikkwalifika sabiex jifforma parti mit-tim nazzjonali Malti li se jieħu sehem fin-Nations Cup 2023 meta għeleb lill-ex champion Claudio Cassar 10-4.

Cassar kiseb vantaġġ inizjali ta’ 3-0 għalkemm Carr irnexxielu jirkupra tajjeb u filwaqt li ġab l-iskor indaqs, kompla għaddej jirbaħ frame wara l-ieħor sabiex eventwalment rebaħ il-logħba.

Il-Malta Blackball Federation qed iniedi sett ta’ erba’ turnaments ta’ kwalifikazzjoni sabiex jintgħażel it-tim nazzjonali Malti fil-Blackball Nations Cup 2023 li se ssir f’Marzu li ġej fi Bridlington.

It-tim se jkun immexxi mill-kowċ Clevion Micallef u se jkun kompost minn sitt plejers b’Carr ikun l-ewwel wieħed wara r-rebħ ta’ din il-finali.

Sport