Thursday, March 28, 2024

Table Tennis: Top Spin TT Academy Andro jibdew l-istaġun bl-aqwa mod possibbli

Aqra wkoll

Top Spin Table Tennis Academy Andro bdew bl-aħjar mod possibbli l-istaġun tat-table tennis lokali meta f’logħba mill-ewwel diviżjoni, għelbu lil Top Spin Table Tennis Academy Roxon 4-2.

Academy Andro kisbu vantaġġ inizjali ta’ 2-0 sakemm Academy Roxon naqqsu l-marġni tal-iskor. Minkejja kollox Academy Andro kienu determinati li joħorġu bil-punti massimi sabiex rebħu ż-żewġ sets ta’ wara. Eventwalment Roxon naqqsu l-marġni tal-iskor sabiex ir-riżultat finali kien dak ta’ 4-2.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, HITT Academy FXP għelbu lil HITT Academy ITX 4-3, b’Alpha Sensus li kisbu r-rebħa fuq Top Spin TT Academy Supercores.

PBC Table Tennis Blue Fire iddominaw il-konfront li kellhom kontra Top Spin Academy Hexer tant li rebħulhom 6-0, l-istess bħalma għamlu Alpha Calleja Ltd li rebħu 5-1 lil HITT Academy Legends.

Nhar il-Ġimgħa jkollna logħob mit-tielet u r-raba’ diviżjoni bil-logħob kollu li qed jintlagħab fil-Padiljun tal-Universita’ f’Tal-Qroqq.

Ekonomija

Sport