L-eks internazzjonali Ingliż Raheem Sterling evita li jintbagħat il-ħabs immedjatament wara li ngħata sentenza ta’ 12-il xahar priġunerija sospiża għal 18-il xahar minħabba sewqan perikoluż.
Sterling, ta’ 31 sena, ġie kkundannat fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Basingstoke wara li ammetta l-akkużi ta’ sewqan perikoluż, pussess ta’ nitrous oxide u li naqas milli jipprovdi kampjun lill-pulizija.
Huwa ġie wkoll skwalifikat milli jsuq għal sentejn u ordnat jagħmel 100 siegħa xogħol fil-komunità, minbarra li jħallas spejjeż kollha tal-qorti.
L-inċident seħħ fit-28 ta’ Mejju, meta Sterling allegatament kien qed isuq b’mod perikoluż fuq l-M25 u l-M3 waqt li kien qed jiġbed nitrous oxide minn bużżieqa. Xhieda qalu li l-karozza kienet qed taqleb bejn il-lanes u tqajjem tħassib fost sewwieqa oħra.
Sterling, li lagħab ma’ Liverpool, Manchester City, Chelsea u Arsenal, ilu mingħajr club minn meta ntemm l-istaġun qasir tiegħu ma’ Feyenoord.




