Saturday, May 18, 2024

ARA: Arrestati wara li kienu involuti f’argument b’sikkina fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, għadhom kif ġew arrestati żewġ irġiel li kienu involuti f’argument fi Triq Ħal Qormi, qrib showroom tal-karozzi fil-Ħamrun.

Jidher li waqt l-argument intużat anke sikkina. Wieħed mill-irġiel telaq minn fuq il-post, iżda ftit wara ġie arrestat fl-istess triq mill-uffiċjali tal-RIU li waslu fuq il-post.

Huma ġew arrestati u ttieħdu l-għassa tal-Ħamrun. L-identità tagħhom għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Filmat: Terry Muscat

Sport