Saturday, December 21, 2024

Ara: Biden jinqabad jgħajjar ġurnalist bi kliem oxxen wara li staqsa dwar l-inflazzjoni

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden instema’ fuq il-mikrofonu fejn jidher li għajjar ġurnalist tal-Fox News bi kliem oxxen waqt avveniment li seħħ ilbieraħ hekk kif il-ġurnalist staqsa mistoqsija dwar l-impatt taż-żieda fl-inflazzjoni.

Hekk kif il-ġurnalisti ħarġu minn laqgħa fil-White House mal-Kunsill tal-Kompetizzjoni, il-ġurnalist Peter Doocy, korrispondent magħruf għall-istil relativament konfrontazzjonali fil-mistoqsijiet tiegħu, staqsa jekk kienx tajjeb li jistaqsi dwar l-inflazzjoni.

“L-inflazzjoni hija benefiċċju kbir,” wieġeb Biden b’ton sarkastiku u apparentement ma rrealizzax li l-mikrofonu tiegħu kien għadu mixgħul u kien f’dan il-mument li uża kliem oxxen fil-konfront tiegħu.

Jidher li ftit wara li seħħ dan, Biden ċempel personalment lil Doocy u qallu li ma kinitx xi ħaġa personali.

Il-filmat tal-kumment ta’ Biden malajr beda jinxtered fuq ill-midja soċjali, b’uħud jaċċennaw għall-fatt li ftit tal-jiem qabel Bidel kien iddeskriva mistoqsija li kien staqsa reporter ieħor tal-Fox News bħala waħda “stupida”, meta dan staqsieh dwar ir-Russja.

Ekonomija

Sport