Persuna li s’issa għadha ma ġiex iddentifikata lbieraħ filgħaxija marret fiż-żona taċ-Ċawla f’Għawdex u battlet karozza li kienet mimlija skart b’mod illegali.
Kien il-Kunsillier tal-Belt Victoria Michel Buttigieg li xandar filmat minn CCTV fejn juri lir-raġel b’mod kalm ħafna jarmi l-affarijiet.
Buttigieg kiteb li “se nkun qed nagħmel minn kollox biex din il-persuna li lbieraħ filgħaxija għoġobha tiġi fl-area taċ-Ċawla u tarmi dann l-imbarazz barra fit-triq, tinqabad u tieħu dak li ħaqqa.”
Il-kunsillier kompla jgħid li ma jistax ikun li f’dan il-pajjiż nibqgħu sejrin hekk…