L-inzjattiva mnedija aktar kmieni s-sena li għaddiet bl-isem ta’ Żerniq bir-Rota kompliet tattira aktar interess minn ċiklisti ta’ kull età li sa minn kmieni filgħodu jerħulha lejn Ħaż-Żebbuġ biex igawdu parti mit-triq li tingħalaq kompletament għat-traffiku.
Din l-inizjattiva setgħet tkun possibbli grazzi għall-Kunsillier Indipendenti Steve Zammit Lupi li ħadem qatigħ biex il-passjoni tiegħu għaċ-ċikliżmu jkun jista’ jitrażmettiha lil ċiklisti oħra speċjalment l-iktar ċkejknin biex iħeġġiġhom aktar jużaw dan il-mezz ta’ trasport alternattiv.

L-attività bdiet fis-6:00 a.m u ntemmet fl-10:00 a.m fejn dawk kollha li attendew taw donazzjoni żgħira għal Puttinu Cares filwaqt li gawdew it-triq mingħajr ebda biża’ ta’ periklu.
