Thursday, July 25, 2024

Rebħa kbira għal Naxxar Lions fuq Sta Lucia

Aqra wkoll

Naxxar Lions …..4

Sta Lucia ………..0

Naxxar Lions komplew ikabbru l-problemi ta’ Santa Lucia meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0, biex b’hekk il-Luċjani baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr ebda punt.

Min-naħa tan-Naxxarin, din kienet l-ewwel rebħa tagħhom li tagħtihom nifs ġdid fl-objettiv tagħhom li jsalvaw posthom mal-kbar. 

Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta xutt ta’ Eduard Wagner għadda ftit barra. 

Naxxar wieġbu fl-14-il minuta meta Pablo Augusto kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jipi salvat f’corner mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Francisco Celio.

Dan tal-aħħar reġa’ kien il-protagonista tat-team tie­għu, fl-24 minuta, meta salva xutt ta’ Moreira, biex mir-rebound Maicon tefa’ barra. 

Fil-41 minuta, Naxxar fetħu l-iskor meta minn az­zjoni ta’ kontrattakk veloċi, il-ballun wasal għand PABLO AUGUSTO li kellu x-xutt sabiħ tiegħu jintemm wara Celio, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel jintemm ġewwa. 

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, huma rduppjaw meta PABLO AUGUSTO b’intuwizzjoni naturali xeħet il-ballun fix-xibka. 

Żewġ minuti biss wara, il-Lions skorjaw it-tielet goal meta Pablo Augusto għadda tajjeb lejn EDSON FARIAS li żmarkat waħdu  tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Fis-57 minuta, Santa Lucia wettqu reazzjoni tajba u kienu sfortunati meta laqtu l-wieqfa permezz ta’ Tatsuro Nagamatsu.

Madankollu, fit-62 minuta, kien imiss lil Naxxar li jolqtu l-lasta, din id-darba permezz ta’ Pablo Augusto, li bla dubju kien l-aħjar player ta’ din il-partita. 

Fis-87 minuta, in-Nax­xarin skor­jaw ir-raba’ goal meta wara li rċieva minn free-kick ta’ Daren Falzon, JOAO VITOR bir-ras tefa’ l-ballun wara Celio.

Naxxar L.:  1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 8-Neil Pace Cocks (Mark Fenech 87), 9-Pablo Augusto, 10-Edson Farias (11-Daren Falzon 73), 15-Ryan Gilmour Cassar, 17-Takuma Yamaguchi, 20-Elizeu Espiritu (4-Ryan Mercieca 90), 22-William Moreira (19-Jayden Bonanno 90), 23-Maicon, 33-Joao Vitor – Coach: George Vella 

Sta Lucia: 12-Francesco Celio, 3-Mattias Ellul, 7-Steve Pisani (15-Adam Bradshaw 46), 9-Eduardo Alves (14-Dexter Xuereb 46), 10-Tatsuro Nagamatsu (29-Jed Valletta 76), 17-Jurgen Pisani, 20-Gonzalo Nicolas Virano (11-Lucas Sena Silva 46), 22-Carlos Gabriel, 27-Alessio Piazza (18-Jan Tanti 84), 33-Patrick de Oliveira, 55-Sven Xerri – Coach: Alessandro Zinnari

Referee: Matthew Degabriele

Ass. Referees: Mitchell Scerri, Max-Lee Muscat

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: P. Augusto 41, 49, E. Farias 51, J. Vitor 87 (N)

Ammoniti: R. G. Cassar (N), S. Pisani, W. Alves, J. Pisani, L. Sena Silva (SL)

Player tal-Logħba: Pablo Augusto (N)

Ekonomija

Sport