Kien għall-ħabta ta’ 11.50am meta għal xi raġuni dar fil-Mellieħa nħakmet minn nirien.
Bħalissa l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’operazzjoni biex jikkontrollaw in-nirien.
Fuq il-post hemm ambulanza, iżda s’issa ma jidhirx li hemm persuni midrubin.
Uffiċjali tal-pulizija qegħdin ukoll fuq il-post fejn bdew l-investigazzjoni tagħhom.
Aktar informazzjoni kif taslilna…