Hekk kif illum qiegħda tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija fl-Imġarr, inżammet ukoll it-tradizzjoni antika li ssir l-offerta biex tintrefa’ l-vara tal-Assunta.
Din is-sena żewġ gruppi tefgħu l-offerti tagħhom bl-iskop li jkun huma li jerfgħu din il-vara wara l-purċissjoni f’jum il-festa.
Għall-ewwel darba l-ogħla offerta kienet dik tal-grupp ta’ Christian Vella li offra €15,000.
Is-sena li għaddiet il-grupp ta’ Wistin rebaħ bl-ogħla offerta wara li offra s-somma ta’ €46,000. Din is-somma kienet qajmet baraxx ta’ reazzjonijiet fuq il-midja soċjali tant li l-istennija għall-offerta ta’ din is-sena kienet waħda kbira tant li mad-dawra tal-knisja ma kienx hemm fejn taqa’ labra.