Saturday, May 4, 2024

“Unur kbir għalina … se nibqgħu naħdmu għall- festa”

Christian Vella u l-grupp tiegħu bl-ogħla offerta biex jerfgħu l-vara fl-Imġarr għall-ewwel darba

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Mument importanti ħafna, li ħa nerfgħu għall-ewwel darba fil-festa ta’ Santa Marija… Għalina tfisser ħafna … unur kbir għalina … se nibqgħu naħdmu għall- festa”. Din Kienet l-ewwel reazzjoni li ta lill-ġurnalist ta’ Talk.mt Christian Vella wara li aktar kmieni l-grupp tiegħu rebaħ l-irkant għall-irfigħ tal-vara ta’ Santa Marija fl-Imġarr. 

Din is-sena kien hemm żewġ gruppi li resqu biex jitfgħu l-offerta tagħhom bil-grupp ta’ Wistin Vella jċedi mas-somma ta’ €14,500 biex mal-għajta tal-€15,000 il-grupp l-ieħor ħa f’idejh l-irfigħ tal-vara għal din is-sena.

L-irkant tal-irfigħ ilha ssir għal aktar minn 100 sena u fid-diskors tiegħu qabel is-sejħa tal-offerti l-Kappillan Dun George J. Schembri qal li din hija offerta li tgħin lill-parroċċa minn sena għall-oħra u waħda li turi l-qalb kbira tal-Imġarrin biex jaħdmu flimkien u jkunu familja waħda.

Sport