Gabriel, tfajjel ta’ 9 snin minn Ta’ Sannat Għawdex sar magħruf sew għal mod kif matul il-ġimgħat tas-sajf jagħti spjega dwar il-qaddis li tiegħu tkun iċċelebrata l-festa f’Għawdex.
Il-filmati jitellgħu fuq il-profil ta’ Facebook ta’ missieru u ommu minħabba l-eta tenera li għad għandu.
Id-dar fejn jgħix tista’ tgħid li għandu l-istatwi kollha ta’ kull qaddis u b’inteliġenza kbira dejjem jagħti tifsira tal-festa li tkun qed tiġi ċċelebbrata kif ukoll informazzjoni dwar il-qaddis tal-ġimgħa.
Illum, Gabriel ħejja filmat qasir dwar it-tifsira tal-Għid il-Kbir fejn jgħid li Kristu rxoxta biex isalvana u aħna ngawdu miegħu. Jagħti spjega wkoll ta’ xi tiffser qabar vojt. “Il-mewt qatt ma rebħet fuq Kristu… mela ejja meta fid-dinja ma tantx hawn paċi u ferħ, ejja aħna nkunu bħal Kristu Rxoxt u aħna jkollna l-paċi…” qal Gabriel.