Monday, April 29, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi wara tilef il-kontroll tal-mutur

Aqra wkoll

Raġel ta’ 52 sena mir-Rabat Malta, sofra ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha u waqa’.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Fuq il-post marru ambulanza b’tim mediku t’emerġenza fejn wara li taw l-għajnuna lir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei.

Sport