Friday, December 20, 2024

ARA: Enya Magri tniedi l-kanzunetta ġdida Summer Lights

Aqra wkoll

Lura f’Mejju 2019, l-artista magħrufa għall-parteċipazzjoni fiz-Zecchino d’Oro, Enya Magri għamlet id-debutt tagħha fl-industrija tal-mużika lokali bil-kanzunetta ta’ ġeneru pop modern, “Safe Haven” fuq lirika t’oħtha Jody Magri, bi produzzjoni ta’ Cyprian Cassar. Hija rċeviet diversi kummenti pożittivi u kienet ta’ suċċess mal-ewwel, tant hu hekk li waslet mal-aħjar 10 kanzunetti fuq diversi klassifiċi lokali fosthom; iTunes, Dj Vision, 89.7 Bay u ONE Radio 92.7.

Wara kampanja intensiva ta’ promozzjoni lejn l-aħħar tas-sajf, u f’nofs l-istudji għall- eżamijiet fil-livell avvanzat, Enya flimkien mat-tim tagħha ddeċiediet li tibda x-xogħol fuq il-kanzunetta li jmiss. Cyprian produċa ħoss sajfi tal-widna fil-ġeneru pop filwaqt li Jody kitbet lirika pożittiva.

“We’re getting by, having the time of our lives… never felt like this before, seems like we almost have it all” tkanta Enya fit-tieni vers tal-kanzunetta, qabel teqleb għal ton aktar t’ispirazzjoni fir-ritornell “give it your all, give it your best”. Enya ssaqsi lis- semmiegħa tal-kanzunetta biex jagħlqu għajnejhom u jimmaġinaw ‘stampa ta’ lejl sajfi, mixgħewl b’ħafna dawl qawwi’.

Sabiex tissaportja l-irrilaxxar ta’ din il-kanzunetta, Enya ħadmet fuq vidjo mużikali flimkien ma’ Matthew Muscat Drago li jinkludi diversi extras u props, fil-limiti tal- Mellieħa, ftit ‘l fuq mit-Torri l-Aħmar. Għandkom il-pjaċir li taraw dan il-vidjo billi tidħlu fuq il-pjattaformi digitali t’Enya Magri fuq Facebook, Twitter u Instagram.

Mill-14.08.20, “Summer Lights” ħa tkun disponibbli għall-istrimjar u/jew xiri fuq diversi pjattaformi diġitali ewlenin fosthom, iżda mhux limitati għal: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon, u iTunes bil-kumpanija CAP-Sounds risponsabbli għad- distribuzzjoni.

Għal aktar informazzjoni dwar Enya Magri, inħeġġukhom biex tagħtu ħarsa lejn il-paġni tagħha fil-medja soċjali: https://www.facebook.com/Enya.Magri.Official/, https://twitter.com/enya_magri jew http://instagram.com/enya.magri.

Ekonomija

Sport