Felicienne Cini, senior staff nurse fl-Intensive Treatment Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, hija l-ewwel persuna li rċeviet il-vaċċin tal-COVID-19 fil-gżira Għawdxija.
Il-vaċċin ingħata t-Tlieta filgħodu, jumejn wara li ngħata l-ewwel vaċċin f’Malta, fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela, tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.
L-infermiera Cini hija waħda mill-professjonisti mediċi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li qed jitlaqqmu fl-ewwel jiem mill-wasla f’Malta ta’ din it-tilqima.