Wednesday, July 24, 2024

Il-POU tippreżenta ċekk lill-fondazzjoni ARKA

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’dan iż-żmien ta’ festi, il-kumitat ċentrali tal-Police Officers Union iddeċieda li jgħin xi għaqdiet u familja fil-bżonn. 

Waħda minnhom kienet propju l-fondazzjoni Arka li tinsab f’Għawdex. Il-fondazzjoni Arka trid madwar miljun u nofs ewro fis-sena biex tgħin persuni bi bżonnijiet speċjali. Parti minn dawn jingħataw mill-gvern tas-servizzi li toffri dar arka iżda ħafna minnhom jiġu minn donazzjonijiet. 

Fr. Michael Galea stqarr li din is-sena ħabba l-pandemija d-donazzjonijiet naqsu b’madwar 80%. Il-Police Officers Union irrappreżentata mill-president Rsm Raymond Zammit u r rappreżentant għal Għawdex fil-kumitat ċentrali s-Surġent Jonathan Vella ppreżentaw ċekk ta’ €200. 

Il-POU qed iħeġġu lil kull min jista jagħti dik ix-xi ħaġa żgħira sabiex ngħinu mill-qalb lil dawn in-nies mingħajr ma nippretendu xejn lura.

Min irid jista’ ċempel l-fondazjoni Arka 21565773/21550596 jew iżur id-dar sabiex jagħti d-donazzjoni tieghu.

Ekonomija

Sport