Wednesday, July 24, 2024

Il-każi attivi jonqsu bi ftit ieħor

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-2,797 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 115 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Dan filwaqt li fl-istess waqt kien hemm 128 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi jonqos għal 1,407.

Intant mill-każi li kienu rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 24 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-virus, 18-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, seba’ każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn diġà pożittivi għall-virus, u tmien każi li rriżultaw minn cluster waqt attività soċjali.

Ekonomija

Sport