Sunday, December 22, 2024

ARA: Festa ta’ kuluri u mużika jagħtu aktar ħajja lil Bugibba

Aqra wkoll

Familji bit-tfal, żgħażagħ, dilettanti, żeffiena u turisti fi tmiem il-ġimgħa ħarġu fit-toroq ta’ Bugibba jiċċelebraw l-edizzjoni tal-Karnival tas-Sajf ta’ din is-sena.

B’karrijiet ikkuluriti b’temi differenti fosthom ta’ Jurassic Park, koki, Ċiniżi, ir-Re tal-Karnival bl-isfont tal-Olimpijadi u buffi, il-Karnival tas-Sajf 2022 kien mimli divertiment b’mużika u dwal li affaxxinaw kemm lill-kbar, kif ukoll lit-tfal żgħar preżenti.

Matul il-ġranet tas-Sibt u l-Ħadd f’numru ta’ toroq fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u Bugibba għaddew ’il fuq minn 10 karrijiet akkumpanjati minn spettaklu bejn il-ħinijiet tas-7.00 u l-11.00 ta’ filgħaxija. 

Dan l-avveniment, organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, għal darb’oħra kien ta’ suċċess tant li fost dawk preżenti qalu lil talk.mt li saru jippreferu dan il-karnival minn dak oriġinali fil-Belt bl-akbar raġuni tkun dik li t-temp jippermetti ferm aktar.

Ekonomija

Sport