Tuesday, April 30, 2024

Il-GWU ssellem il-memorja ta’ Surġent Maġġur Korrettiv

Aqra wkoll

It-Taqsima Korpi Dixxiplinati, l-Uffiċjali tas-Sigurtà u l-Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-General Workers’ Union sellmet il-memorja ta’ Martin Callus.

Callus kien jaqdi l-irwol ta’ Surġent Maġġur Korrettiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u fost karatteristiċi oħrajn tiegħu huwa ġie mfakkar għas-servizz mill-aħjar li kien jagħti fuq il-post tax-xogħol.

Il-GWU offriet il-kondoljanzi u s-solidarjetà tagħha mal-famijari, ħbieb u kollegi ta’ Callus f’dan il-mument ta’ niket.

Sport