Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tal-12:15 seħħ inċident tat-traffiku f’Tal-Barrani, iż-Żejtun.
Mill-ewwel informazzjoni li ngħata Talk.mt jidher li x’aktarx seħħ impatt bejn żewġ vetturi, b’waħda minn dawk involuti hija vann tal-għamla ISUZU.
Uffiċjali tal-Pulizija ssejħu fuq il-post sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Kawża tal-inċident, waħda mill-karreġġjati kellha tingħalaq għal xi ħin. Dan wassal biex inġemgħu serbut ta’ karozzi. Uffiċjali ta’ Transport Malta kienu preżenti fuq il-post sabiex jidderieġu t-traffiku.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…