Tuesday, December 24, 2024

ARA: Ġawhra f’Qalbi …. bħalek ma nsib imkien

Janice Mangion b'kanzunetta ġdida

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Rari u prezzjuża bħal djamant f’qigħ oċean … ġawhra għal dejjem ħdejja sat-tmiem aktar ma jgħaddi ż-żmien”

YouTube video

Din hija l-aħħar kanzunetta tal-kantanta Janice Mangion, għal dab oħra bbażata fuq metafora. Din l-idea li kienet qed tberren f’moħħ il-kantanta, kienet dik tal-ġawhar prezzjuż li wieħed jgħożżu daqskemm jgħożż lil dawk li huma għeżież f’ħajjitna

Il-kanzunetta ġdida inkitbet bil-Malti, b’kompożizzjoni u lirika ta’ Mark Scicluna. Bil-għan li tippromovi l-kanzunetta, il-kantanta u t-tim tagħha ħolqu immaġni mill-isbaħ bl-għajnuna ta’ Kurt Cauchi ġewwa l-bini storiku ta’ Palazzo Parisio. Dwar l-għażla tal-post, Janice stqarret li mill-ewwel ‘ħsibt f’dan il-post, jista’ jkun minħabba l-konenut tal-lirika, għaliex fih ċertu preġju.

Janice Mangion hija isem sinonimu mal-użu tal-ilsien Malti fil-kanzunetta, hekk kif wara n-nuqqas ta’ din l-istess lingwa fid-dinja tal-Malta Eurovision Song Contest, hija ħadet ċans, u b’ħafna kuraġġ issottomettiet Kewkba.

Hija kklassifikat fit-tieni post, u minn dakinhar ‘il quddiem qatt ma ħarset lura, b’numru ta’ kanzunetti li ħallew impatt fl-industrija lokali fosthom: Għadu Mhux il-Waqt mill-festival L-Għanja tal-Poplu, Teżor mill-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika kif ukoll: Warda, Xewqti u l-ewwel kanzunetta li hija kitbet bil-Malti, Sajjetta fil-Bnazzi.

Ġawhra f’Qalbi hija disponibbli biex tindaqq jew tinxtara fuq il-pjattaformi ewlenin tal-mużika diġitali fosthom: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon and iTunes grazzi għall-kumpanija tad-distribuzzjoni internazzjonali; CAP-Sounds mil-lum 01 ta’ Marzu 2024.

Ekonomija

Sport